Newsletter

Tliet darbiet fis-sena - f’April, f’Awwissu u f’Diċembru - l-Uffiċċju jippubblika newsletter bl-Ingliż. Din il-pubblikazzjoni elettronika tinkludi intervisti informattivi, aġġornamenti dwar il-leġiżlazzjoni u żviluppi rilevanti oħra, sommarji tal-każijiet li jkunu deċiżi, u l-aħħar aħbarijiet dwar l-uffiċċju tagħna. Jekk tixtieq tirċievi n-newsletter tagħna u aġġornamenti perjodiċi dwar ħidmietna, jekk jogħġbok segwina fuq Facebook u LinkedIn.

 

Ħarġa 1 (April 2024) tinkludi:

  • intervista mal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, is-Sur Alfred Mifsud;
  • erba' sommarji ta' każijiet deċiżi mill-Arbitru, li jkopru assigurazzjoni ta' l-ivvjaġġar, skema ta' rtirar, trasferiment bankarju u ordni ta’ xiri ta' ishma;
  • disa’ punti importanti meħuda minn deċiżjonijiet tal-Arbitru wara l-pubblikazzjoni ta’ mudell sabiex tiġi allokata r-responsabbiltà bejn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Pagament (PSP, bħal banek) u Utenti ta’ Servizzi ta’ Pagament (PSU, jew klijenti) f’każijiet ta’ scams permezz ta’ messaġġi elettroniċi, bħal smishing; u
  • emendi għall-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.

L-intervista shiha tal-Arbitru, kif irrapportata fin-newsletter, hija wkoll disponibbli fuq YouTube f'zewg partijiet:


Fl-Ewwel Parti, l-Arbitru jhares lura lejn l-ewwel sena tieghu fil-kariga, jiddeskrivi l-isfidi li ltaqa' maghhom u qed ifittex li jeghleb, u jispjega l-mudell sabiex tigi allokata r-responsabbilta bejn Fornituri ta' Servizzi ta' Pagament (PSP, bhal banek) u Utenti ta' Servizzi ta' Pagament (PSU, jew klijenti) f'kazijiet ta' scams permezz ta' messaggi elettronici, bhal smishing, liema mudell hareg fl-ahhar tal-2023.


Fit-Tieni Parti ta' din l-intervista, is-Sur Mifsud jaghti deskrizzjoni generali tad-decizjonijiet li hareg, kif jara r-rwol tieghu jevolvi fit-12 sa 18-il xahar li gejjin, janticipa certi bidliet fil-mandat tal-Ufficcju, u l-messagg tieghu lill-konsumaturi u lill-fornituri tas-servizz.