Issottometti Ilment

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jista’ jikkunsidra lmenti mingħand konsumaturi (individwi u mikrointrapriżi) kontra provdituri tas-servizzi finanzjarji liċenzjati mill-Awtoritá għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, ir-regolatur finanzjarju f’Malta.

Ftit tagħrif qabel ma tibda l-proċess biex tagħmel ilment onlajn

Il-formola onlajn tal-ilment tieħu madwar 30 minuta biex timtela, skont kemm inti ppreprajt minn qabel biex tibni l-każ tiegħek. Għaldaqstant, ħalli biżżejjed ħin biex timliha. Se tkun tista’ tagħmel ‘save’ ma’ kull stadju tal-proċess. Peró, jekk ma tergax tmur lura għall-formola tiegħek fi żmien sebat ijiem minn meta tkun l-aħħar għamilt ‘save’, kull tagħrif li tkun daħħalt u fajls li jiġu ‘uploaded’ jitħassru awtomatikament għal skopijiet ta’ protezzjoni tad-data u jkollok terġa tibda mill-ġdid.

Il-formola onlajn tal-ilment titlob l-istess tagħrif bħal formola tal-ilment offlajn f’verżjoni pdf
(ikklikja hawn jekk tixtieq tniżżel kopja).

Jekk jogħġbok ibgħat l-ilment tiegħek u d-dokumenti rilevanti bil-Malti jew bl-Ingliż. Jekk għandek xi dokumenti li mhux bil-Malti jew bl-Ingliż, nistgħu nitolbuk tipprovdi traduzzjoni tagħhom. Dwar dan niggwidawk aħjar wara li tissottometti l-ilment tiegħek.

Il-faċilitá biex timla l-formola tal-ilment onlajn hija disponibbli biss jekk l-ilment qed tagħmlu bħala individwu waħdek jew għan-nom ta’ mikrointrapriża.

F’dan l-istadju, nistgħu naċċettaw ilmenti onlajn jekk sottomessi minn żewġ jew aktar persuni (bħal fil-każ ta’ kont bankarju jew polza tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja joint) sakemm il-formola tal-ilment tiġi pprintjata u iffirmata mill-ilmentaturi, u sottomessa fiżikament bil-posta jew bl-idejn. Jekk jogħġbok imxi mal-istruzzjonijiet provduti meta tasal fl-aħħar stadju tal-proċess.

Barra mid-dettalji tiegħek personali, se nitolbuk ukoll dawn id-dettalji:

  • Isem tal-provditur kontra min qed tagħmel l-ilment.
    Jekk mintiex ċert min huwa l-provditur tas-servizz tiegħek,ikklikkja hawn.
  • Isem tal-prodott jew servizz li dwaru qed tagħmel ilment.
  • Ir-raġuni dwar xiex qed tagħmel ilment. Għandek tipprovdi deskrizzjoni konċiża u ċara tal-ilment tiegħek, u għala taħseb li l-provditur naqqsek.
  • Ir-rimedju li qed tfittex. Iddeskrivi b’mod ċar x’qed tistenna mill-provditur tas-servizz finanzjarju. Speċifika l-ammont jekk qed tistenna kumpens finanzjarju.

Se nkunu wkoll qed nitolbuk tissottometti onlajn kopji skennjati jew ritratti ta’ dawn li ġejjin (is-size ta’ kull file ma jistax jeċċedi 8 mb)::
  • L-ittra tal-ilment lill-provditur tiegħek fejn qed tippermettih 15-il ġurnata tax-xogħol għat-tweġiba tiegħu.
  • Ir-risposta tal-provditur tiegħek.
  • Brochures u dokumetazzjoni oħra rilevanti fir-rigward tal-prodott li qed tilmenta dwaru.
  • Kwalunkwe dokumentazzjoni oħra ta’ rilevanza għall-ilment tiegħek.

Meta tissottometti l-ilment onljan, tirċievi riċevuta awtomatika. Is-sottomissjoni tiegħek tibqa’ pendent sakemm tiġi pproċessata minn wieħed mill-uffiċċjali tagħna. Jekk l-ilment tiegħek jiġi pproċessat bla xkiel, tirċievi email oħra minn għandna b’aktar tagħrif dwar kif tagħmel il-pagament ta’ €25 bħala miżata tal-ilment u l-proċessi li jsegwu.

Jekk inti għandek id-dokumenti u l-informazzjoni kollha imessmijja hawn fuq, tista’ tmexxi biex timla l-formola tal-ilment onlajn.

Biex timla ilment, trid tkun illoggjat fis-sistema.

Jekk għandek e-id ta’ Malta, tista’ tikklikkja hawn biex tibda.

Jekk m’għandekx e-id ta’ Malta jew ma tridx tużaha, trid l-ewwel tikkreja kont..

Jekk għandek kont, kklikkja hawn