L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (OAFS) joffri mekkaniżmu indipendenti u awtonomu biex ikunu jistgħu jissolvew, barra mill-qrati, il-kwistjonijiet ta’ bejn il-klijenti u l-provdituri tas-servizzi finanzjarji awtorizzati mir-regolatur Malti tas-servizzi finanzjarji. 

Qegħdin hawn biex ngħinuk tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.

Jekk tixtieq issir tafna aħjar, idħol fit-taqsima DWARNA.

Tista’ tikkuntattjana informalment fuq il-każ tiegħek minn hawn.

Jekk ma tistax issib li tixtieq jew trid tistaqsina xi ħaġa, agħfas hawn.

Kif tagħmel ilment fi 3 passi

L-1 Pass

L-ewwel ibgħat l-ilment lill-provditur tiegħek

Suġġerimenti utli ta’ malajr


It-2 Pass

Jekk it-tweġiba tal-provditur ma tkunx sodisfaċenti 

Ara din


It-3 Pass

Ibgħat ilment lilna 

Elettronikament

jew

niżżel il-formola (PDF)

Avviż dwar l-għeluq temporanju tal-Uffiċċju - COVID 19

Effettiv mill-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021 

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji qed josserva mill-qrib l-iżviluppi fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 fost il-komunità u qed ikompli josserva t-twissijiet u l-pariri tal-awtoritajiet. L-ewwel prijorità tagħna hija s-sikurezza kontinwa tal-impjegati tagħna. L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jagħtu parir li d-distanza soċjali hija l-iktar strateġija effettiva biex jitnaqqas t-tixrid tal-virus. Għalhekk, l-uffiċċji tagħna se jkunu magħluqa temporanjament, u l-istaff se jkun qed jaħdem mid-dar. Jekk jogħġbok, żur il-paġna “Ikkuntattjana” għad-dettalji dwar kif tista’ tagħmel kuntatt magħna. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Mistoqsijiet u Każijiet Żgħar

B’dan is-servizz ngħinuk issolvi każijiet żgħar u nweġbuk informalment. Staqsina fuq il-każ tiegħek. Lesti niggwidawk biex tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.

Ibagħtilna Mistoqsija


Deċiżjonijiet

Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru, bis-sena, ħalli tkun taf x’ħareġ mill-investigazzjonijiet u x’kienu l-konklużjonijiet.

Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru

 

 

Ilmenti Lil Hinn minn Malta

Agħmel ilment lil xi provditur tas-servizzi finanzjarji li qiegħed f’pajjiż ieħor tal-UE/ŻEE.

Kompli aqra